Thursday 19 January 2017



Int Bħal Dawk l-Irdieden.

Int bħal dawk l-irdieden tal-ġigġifogu,
Mank tilħaq tmissek ftit, mall-ewwel titlaq,
Iddur, iddur, iddur u tarmi d-dija,
Tinħela mbagħad malajr u tibqa’ għaddejja.

Inti bħat-temp kull meta jitla’ l-ajru,
Fost beraq, ragħad, irwiefen u sajjetti.
Xħin tagħmel ħalba xita tmur u tgħaddi,
U kollox għal li kien, għax saħħtu ħela.

Alfred Grech

19/01/2017

No comments:

Post a Comment