Tuesday 24 January 2017



U Jien Kont Naf Mill-Bidu Nett.

U jien kont naf mill-bidu nett li dan mhuwiex għajr jasar ieħor
Imxekkla b’liġijiet fażulli
Magħmula minn imħuħ li mingħalihom dejjem għandom fuq platt is-soluzzjoni.
Li tagħmel bħalma jagħmel qed ħaddieħor, inkella int stramb, perikoluż u suspettat.
U jien kont naf li mhux bil-ktajjen qed jorbtuna, iżda bi ħbula rqaq li ma jidhrux
Bħal marjunetti fuq il-palk mistħajjel ta’ soċjeta, kredibbli;
Ta’ xhinu tajjeb u korrett u xhinu politikament ammess f’dis-soċjeta’ ħanina
Imħażżeż b’ittri kbar fuq wiċċ il-maskri; b’lingwaġġ li huwa tagħna
Mil-merħla sakranazza
Fil-mewġa ta’ mondanita’, affluwenza u bżieżaq fl-arja.
Għax jien kont naf b’dan kollu u ażżardajt
Li noħroġ barra l-fili mqarr bl-iskuża
Tar-ribelli; imqarr bil-prezz li jrid jitħallas.
U jien kont naf li f’din il-ħajja nawżejanti tal-medjokri jew ta’ dwejjaq
Ma kien se jkolli l-ebda ħarba
Għajr is-serħan alluċinanti
Fl-anestesija.

Alfred Grech

24/01/2017

No comments:

Post a Comment