Wednesday 25 January 2017



XV.

Xħin jibda l-ħin jistrieħ u jorqod miegħu,
Sigħat il-jum, it-toqol kollu jaqa’
Gelgul fuq moħħ l-invel li jitlef tiegħu,
U kull merżuq inin tad-dawl li baqa’.

Xħin kollox dawra mejt idur l-għawġ jikxef,
U l-għejja f’ruħħek taħkem u d-dalm jaqa’,
Għakemm tkun trid, tħoss f’qalbek li qed titlef,
Ir-rieda li tqum terġa’ minn kull waqgħa.

Xħin swied il-qalb u d-dwejjaq ta’ madwarek,
Tmaqdir in-nies feriek mingħajr ma smajtu,
Fuq xtajta ’l-bogħod u minsi sibt li ġarrek,
Dak il-kurrent li dari qatt ma fdajtu.

Il-miġra dmugħ li minn għajnejk bdiet tnixxi,
Isserħek bla ma tkun trid tisparixxi.

Alfred Grech

15-10-2011

No comments:

Post a Comment