Friday 11 November 2016



Ħadd ma Jimla’ l-Ħolm li Joħlom.

Ħadd ma jimla’ l-ħolm li joħlom
Ħadd ma jersaq, jiġi ħdejk,
U jekk titlob, xejn ma taqla’
U ma ġġorr xejn ġewwa jdejk.

Ħadd ma jwieġeb xħin issejjaħ
Lil min tħobb ma jroddlok xejn,
Tikteb ktieb u ħadd ma jaqra’
U dal ġiri, dan, għalfejn?

U quddiem l-allat t’olimpu
Għalxejn tinżel għarkubtejk,
Sakemm għad issib xi mara
Li taqragħlek taf idejk.

Dan l-infern ta’ din id-dinja,
Għax xħin titlob ma taqlax,
Mingħalik li tista’ timraħ,
Iżda taħrab ma tistax.

Alfred Grech

11/11/2016

No comments:

Post a Comment