Thursday 3 November 2016



Int Kont it-Tifkiriet.

Int kont it-tifkiriet li għadhom miegħi,
Is-sensazzjoni li qed ngħix farfett jittajjar,
Il-ħabi ta’ kull darba li sibt ruħi
Ma nafx xi ngħid, intemtem, imma imħajjar.

Int kont dik is-sorpriża mhix ta’ darba,
Kull meta fuq l-imħadda ras għajjiena,
Int kont is-sensazzjoni li ridt ninfed,
Li jien kont dejjem hawn, kont dejjem jiena.

Jien kont qed nisma’ leħen qalb l-irkejjen,
Bħal żiffa riħ li tonfoħ minn hemm barra.
Jien kont qed nisma’ d-diwi ta’ dik-għanja
Li jghanni l-kantawtur mingħajkr kitarra.

Jien kont is-skiet xħin taqa’ wkoll il-ħemda,
Xħin jiġi swied il-qalb fuq dak l-imsejken,
Il-krib ta’ min mill-ħajja kien imxebba,
Imm’inti tafni wkoll bħal tfajjel ċkejken.

Esploratur jiskopri l-kontinenti,
Gwardjana tħares dawn is-sentimenti.

Alfred Grech

092/11/2016

No comments:

Post a Comment