Wednesday 23 November 2016



Diffiċli Tgħid.

Diffiċli tgħid xi jkun għaddej minn moħħi;
Waħdieni dal-baħħar li baqa l-art.
Fid-dlam ta’ lejl bla qamar sibtni nishar
Fuq dal-munġbell ta’ ħsibijeit u skart.

Diffiċli tgħid safejn għad trid teħodni,
Dit-triq li naf li twassal ħafna l-bogħod.
Kien anġlu ħelu, ried ikun ta’ gwida,
Kull meta fl-inċertezzi bdejt nirtogħod.

Diffiċli tgħid għaliex laqqani miegħek,
Dan id-destin; nistaqsi m’hemmx għalfejn!
Sirt int għalija l-isbaħ poeżija,
Li qiegħed ngħix mingħajr ma nħarbex xejn.

Diffiċli tgħid u għaliex daqshekk diffiċli,
Fis-skiet irid jispiċċa l-argument.
Diffiċli tgħid u għaliex daqshekk diffiċli,
Jekk qiegħeda miegħi naħtaf il-mument.

Alfred Grech

23/11/2016

No comments:

Post a Comment