Saturday 12 November 2016



Tistaqsinix Għaliex.

Tistaqsinix għaliex ilsieni ma jdurlix
U l-kelma ma tiġix
Biex ngħidlek dak li nħoss għalik.

Tistaqsinix  għaliex kull darba li nkun ħdejk
Il- wisa’ ta’ madwari jdub
Jew lanqas ma jesgħani.

Tistaqsinix għaliex kull meta naħseb fik
Inħossni bħal nixxiegħa
T’ilma li qatt ma taqta’.

L-għala tkun tafu waħdek
Bħal meta f’nofs ta’ lejl tistembaħ
U tħoss ’l-min imissek
U ’l-ħadd ma tara.

Alfred Grech

16-06-2077

No comments:

Post a Comment