Saturday 5 November 2016



Int Friska . . .

Int Friska daqs li kont xi kisba ġdida,
Fidila bħal ħamiema li ddur lura
U ġġieghelni ngħix waqtiet tas-seħer t’għada,
Tal-għada l’issa sar mank biss jimporta.
Hemm qablek biss id-dlam tal-istennija,
Taħbit il-qalb ta’ dak li jrid għad jiġi,
Int ċerta u taf xi trid: id-dinja bandla.
Fuq l-għolja tal-Ġurdan jien nitla’ ngħasses
Infittex xefaq ġdid biex nara nimxi,
Il-bogħod u ma narakx u nibqa’ nħobbok,
Fuq moħħi tkun bla biss ma tersaq lejja,
U leħnek jidwi l-għanja bħal ma jidwi
Ir-riħ li mal-għoljiet iħokk u jserrep
Li jbus ħaddejk u jerġa’ lura għal għandi
Biex jgħidli int fejn tkun; il-bxara t-tajba.
Jien hawn qed naħseb fik bħal meta qamar
Ikun qed jikkontempla lilu nnifsu
Fuq wiċċ il-baħar kalm: u l-ħin jistenna.


Alfred Grech

No comments:

Post a Comment