Friday 4 November 2016



Waqt Qasir.

Bħal meta nqum filgħodu mbagħad nintenbaħ
Li ma kien xejn, inkella ħolma ħelwa
Inkella ma kien xejn kif kont qed taħseb,
Tintebaħ li qarraqt biss bik innifsek,
Li jkun qed jiġri biss li nibda’ naħseb
Li hemm int biss, m’hemm xejn u m’hemm ħadd aktar.

U le ma kienx għalxejn fejn int tellajtni,
Hemm fl-għoli fuq is-sħab fejn jirgħu l-anġli.
Il-waqt kien wisq qasir ‘mma xorta waħda
Ħassejtni ngħola ’l-fuq minn nies tad-dinja,
Għalkemm kien waqt qasir ma kienx hemm bħalu.

Alfred Grech

04/11/2016

No comments:

Post a Comment