Friday 18 November 2016



Waqtiet 2.

Bħas-sħab li jġorrhom l-ajru dal-waqtiet,
Li ngħaddi miegħek, nogħola mas-smewwiet.
Kultant insibni nogħola mal-imbatt
Bħal xmara ġġorni miegħek fuq ix-xatt.
Sa ninsa’ jien min jien u nemmen fik
U nħaddan l-aċean mingħajr taħbit.
Ninsa’, bħal min ingħati bl-amneżija
Waqtiet bħal kwiekeb jilmaw fil-għaxija
Jaħarbu, jistaħbew inkella jaqgħu
Bħal bżieżaq tas-sapun malajr jinfaqgħu.
Bħal melodija, tiġi bla tiġbid,
U tibqa’ biex tgħanniha bla ma trid,
Bħal ħsieb li jberren f’moħħi u kliem m’għandix,
U tgħidli wara ftit li ma tafnix.

Alfred Grech

18/11/2016

No comments:

Post a Comment