Saturday 11 February 2017



112.

Imdendel kollox b’ħajta tal-għanqbuta
Bħall-ħajja li t-tnejn sibna ruħna fiha.
Tiġini t-tentazzjoni li nċempillek
Għax ma din il-melodija rabat qalbu
L-għannej. Imbagħad fil-ħemda naħrab ħarba,
Biex niġbor kull tqanqila f’din ir-rabta.
Fit-tul, fit-tul ir-raqda tal-poeta
U bħaż-żernieq l-irxoxt minn qalb il-weraq.
Tinfirex ma kull pass tas-sebħ ir-riħa
Fi twapet bla kulur ta’ dan il-wileġ..
U jien ma ngħidlek xejn għax nibqa’ mbellaħ,
U jiena xorta waħda nibqa’ nħares
Lejn dehera  alluċinanti u indiskreta
U nibda nħoss il-bews ġej fuq xuftejja.

Alfred Grech

11/02/2017

No comments:

Post a Comment