Tuesday 21 February 2017



ien Hu x-Xejn..

Jien hu x-xejn illi qatt ma jitkellem,
Li narak hekk mitluf ġewwa l-ħsieb.
Jiena r-ruh illi qatt ma tispiċċa
Fis-silenzju nħabbatlek mal-bieb.

Jiena s-serħ kull xħin tfittex li taħrab
Mill-istorbju tal-folla u l-għajjat,
Xħin lin-nervi tintona mar-ritmu
U ssib ruħhek ankrat fuq il-blat.

Jien l-ispirtu tal-għana ferrieħi,
Niġi ninbxek bla ħin u bla waqt.
Jien nimliliek in-nifs bl-arja pura
U npinġilek qawsalla kif xtaqt.

Jiena l-leħen ta’ spirtu ferrieħi,
Jiena r-ruh illi l-mewt ma tafhiex,
Jiena l-qawwa li timla’ kull ħlejjqa,
U jekk taqta’ ma nafx tarahiex.

Jiena l-għana li jgħannu l-poeti,
Jiena l-leħħa ta’ berqa bla ragħad,
Xħin wasalt lanqas taf fejn kont sejjer,
Ix-xintilla li ntqajjmek mir-rqad.

L-illużżjoni ta’ dak illi seta’,
’Mma fid-dinja u fil-fatt qatt ma kien,
Jew li kien, iżda telaq u ntesa’,
Jew xandruh bħal aħbar kullimkien.


21/02/2107

No comments:

Post a Comment