Tuesday 14 February 2017



114.

Is-skiet hu ftit diffiċli biex togħmodu.
Fis-skiet issib tweġiba għall-mistoqsija.
Jien nimxi b’pass ta’ nemlu biex nitakar
U noqgħod nirrifletti fuq li tgħidli.
Hemm jinbqgħu dawk id-djar li fihom għexna
Ukoll jekk għad biż-żmien jibdew jiġġarfu.
Dak kollu li għamilna jibqa’ mħażżeż
X’imkien fil-baħħ fejn għadek tista ssibu.
U jekk jien naħrab ħarba biex nistaħba,
Ikun biex ngħix kulljum bħal qisni f’ħolma.
U kemm il darba nbiddel il-bandiera,
Biex nara kif inhi x-xaqliba l-oħra
U t-taraġ  hekk nitilgħu, tarġa, tarġa.
Nixtarr mistoqsijiet li kont tagħmilli.

Alfred Grech

14/02/2017

No comments:

Post a Comment