Thursday 9 February 2017




Jekk Taqbeż Minn Fuq Ix-Xifer.

Jekk taqbeż minn fuq ix-xifer, hemm il-baħħ
Ja mara tat-tempesti;
Jekk l-arpa ma tmissiex, l-oħrajn ma jistgħu qatt
Iduqu ftit mill-benna li tinżel bħal għasel fuq ix-xuftejn..
Ikraħ l-ajru u mdallam is-sema
U l-baħar inkurlat qed jgħażżaż sninu.
Imm’inti tibqa’ ttir fil-glorja tiegħek
Bil-ġwienaħ ta’ gawwija li tisfida l-art u s-sema,
U terġa’ lura.
Għoli, għoli wisq il-preċipizzju
U kbir wisq il-kjażmu l-hemm jifridna.
Xħin il-mixja lejn x’imkien issir hi d-destinazzjoni
Inħoss li nkunu tlifna,
U jkun baqgħalna biss is-sensazzjoni.
Meta nibda nħares lejk bħalma jħares lejk ħaddieħor
Inti tintilef fil-misteru. . .
U jien inkun tlift il-ġlieda tal-mewt u ħajja.

Alfred Grech

09/02/2017

No comments:

Post a Comment