Thursday 16 February 2017



Oqgħod Hemm.

Oqgħod hemm
Ma dawk il-ħwejjeġ l-oħra
Li ma nifhimx
U għid kemm trid li lili
Ma tafx kif qed tarani.

Oqgħod hemm,
Hawnhekk le tersaq
Hawnhekk hu għalqa għammiela
Fejn jinbtu ħafna dubbji.

Oqgħod hemm
Ma dak li lanqas tmissu
Biex lili jiġu jġorru x’imkien ieħor.

Oqgħod hemm
Tkun int il-mistoqsija
Ma dawk il ħafna
Li qatt ma stajt inwieġeb.
Għax issa wkoll ninsab f’taqbida
Ma dak li lanqas nara.

Alfred Grech

16/02/2017

No comments:

Post a Comment