Friday 17 February 2017



Għajnejk Gwarniċ.


Għajnejk gwarniċ f’pitazz
nofs wiċċek bid-dell fuqu
mhux tħares lejja fiss
miftuha beraħ
qed tħares fejn hemm ix-xejn
hemmhekk fejn m’hemm xejn x’tara;

Jew qiegħeda taħseb
li dak l’għaddej minn moħħi
hu ferrovija
l’għad trid iġġorrna t-tnejn
lilhinn mill-kwiekeb.

Jekk għadek bejn ħaltejn,
ma jimġurtax, jien nibqa’ hawn nistenna.



Alfred Grech
20/12/2015


No comments:

Post a Comment