Saturday 18 February 2017



115.

Int tibqa’ f’dad-deżert mingħajr konfini,
Il-bogħod min-nies tad-dinja u kif jaħsbuha,
Ħajjiet ikkuntemplati u ta’ passjoni,
Taħdit li drajt nisimgħu fuq l-imħadda.
U xorta bqajt int l-oasi tal-ħlewwa,
L-għarix fejn tista’ ssib il-kenn kull xewqa,
Għajnejja jħarsu lejk bħal ta’ poeta.
Mat-tifkiriet int tibqa’ hemm inkullata.
Ta’ wċuħ li darba dawwlu mogħodijietek,
Filwaqt li jien imdawwar b’din il-ħemda
Ta’ estasi li ttenni litanija,
Fil-ħemda li tinfirex qalb il-weraq,
Miksura biss mill-ġwienmaħ qed iperpru
U kollox bħal filmat li konna rajna.

Alfred Grech

18/02/2017

No comments:

Post a Comment