Monday 20 February 2017



Hawnhekk.

Hawnhekk malajr inħoss li jien barrani,
Nistona, u xejn ma noqgħod mad-dintorni,
Relitt ta’ żmien il-qedem li jispikka,
Kulħadd madwari jdur, qatt ma raw bħali.

Għalik għad nerġa’ nqum mir-raqda twila
Dir-raqda tal-bellus u ħolm tal-pannu,
U ma niktibx għalik biss poeżija,
Inti li llum qed tħossok il-mirbuħa.

Niktiblek poeżija wara l-oħra,
Inti li sfahjt bla tama u tlif is-sabar,
Imqarr bil-passi ta’ fekruna noqrob
Sa nasal ħdejk bid-dawl tas-solitudni.

Alfred Grech

20/02/2017

No comments:

Post a Comment