Wednesday 15 February 2017



Xi Minn Daqqiet.

Xi minn daqqiet jien naħsbek illużżjoni
Inkella jien ninbidel f’elf haġ’oħra,
Biex nilbes għal waqt wieħed dik il-maskra
Li taqbel mal-kuluri tal-qawsalla.

Biex nersaq lejk xi ħaġa qed tiġbidni
Imm’inti ta’ kull darba tinbuttani
U jiena nerġa’ lura nirrifletti
X’inhu li jġiegħlni ngħidlek bla ma nfissru.

Alfgred Grech

15/02/2017

No comments:

Post a Comment