Tuesday 7 February 2017



Oħorġu Għidu ’l-Poplu.

Oħorġu għidi ’l-poplu
Feħemuh kif issibuh,
Għidulu kif tagħmlulu,
Tmexxuh bla ma turuh.

Għidulu kif issalbu
Qaddejja tal-Istat,
Toħorġu mbagħad tiftaħru
Kull ħtieqa kif tkun ġrat.

Qaddejja tal-ġusrizzja
Li ssibhom kullimkien,
Toħorġu ’l-far mit-toqba,
Fin-nassa ’l-min kien kien.

Għidulu lil dal-poplu,
Għidulu minnufih
Biex jibqa’ jemmen fikom
U jorqod fil-mistrieħ.

Li temmnu fil-miljuni,
U tfasslu kull proġett,
B’xi wiegħeda alluċinanti
Li tħalli wkoll l-effett.

Oħorġu għidu ’l-poplu,
Min intom sewwasew
Ilbistu l-ġild ta’ nagħġa
U bqajtu lpup minn ġew.

Alfred Grech

07/02/2017

No comments:

Post a Comment