Monday 24 February 2020

Image result for ecstasy in paintings

Agħtini Ftit Estasi.

Agħtini ftit estasi
l-estasi li int biss taf tagħti
li ma jagħtinix ħaddieħor.
Jiena qed infittex l-estasi
Qalb l-eklissi ta’ kuljum.

Biex ninsa’ l-ġejjieni
Biex ninsa l-imgħoddi
Biex ninsa’ lili nnifsi.

Jien qed infittex l-estasi
Għax mingħajrha t-toqol li nġorr miegħi
Ma nifilħux
U twila wisq it-triq tar-rutina tal-ħajja ta’ kuljum.

Alfred Grech
24/02/2020

No comments:

Post a Comment