Tuesday 18 February 2020


Image result for good friday processions in malta


Int Ridt Li Tfittex Taħżen

Int ridt li tfittex taħżen
Il-ħobżna ta’ kuljum
U jien sabbat il-ġwienaħ ma xulxin
U bdejt nogħla  ’l-fuq mis-sħab
U ngħanni l-għanet l-għena.

Ma nafx kienx aktar għaqli
Li ninżel qalb il-folla
U bħalek niħol fil-filliera
Ta’ purċissjoni mdewda
Liebes il-barnuża u nkaxkar il-ktajjen.

B’hekk kulħadd jibda’ jaħseb
Li dnubieti maħfura
Mitluf fl-immensita tal-multitudni.

B’hekk innaqqas dan l-uġih
U ngħid li jisogħbijs.

Alfred Grech
18/02/2020

No comments:

Post a Comment