Wednesday 12 February 2020

Image result for soul searching

Ejja Għaddi Miegħi.

Ejja għaddi miegħi bis-sussulti u bl-iskossi minn dawn it-toroq disgrazzjati
Minn fuq il ħotob ta’ din il-ġrajja tal-burdati li jinbidlu ta’ kull darba fl-ilwien ilellxu ta’ kaleidoskopju u ħajtek issir bħal tiegħi evanexxenti daqs il-qawsalli  jew il-bżieżaq tas-sapun li nonfħu.

Ejja miegħi biex bħali tqum filgħodu b’dik ix-xewqa li ma tara lil ħadd u ma tisma’ xejn għax kollox frugħa u ġiri wara r-riħ, sabiex imbagħad tistaqsi lilek innifsek għalfejn dan kollu u kemm sejjra ddum ma jgħaddi dan il-waqt din is-sħaba u din is-sensazzjoni kemm se ddum ma tiġi fi tmeimha.

Jien ridt li niġi għandek iżda wisa’ ma kienx hemm, jien ridt li niġi għandek iżda inti ma ridtnix għax issa nbidlt u sirt kiesħa daqs is-silġ bħal min issejjaħlu u ma jweġibx.

Tistaqsi bħali għalfejn dan kollu u kemm sejjra ddum ma tgħaddi din is-segħa.

Jien xtaqt nintilef fil-labirinti tal-ħolm tiegħek fejn la hemm dħul u lanqas ħruġ fejn la hemm bidu u lanqas tmien u xtaqt nintilef fin-ngħas ħanin ta’ ħdanek bix-xewqa li għada filgħodu ma jisbaħx.

Kull meta nħares lejk insib ħajt tiela’.

Alfred Grech
12/02/2020.

No comments:

Post a Comment