Monday 24 February 2020


Image result for herd of sheep

Din Hija Mixja.

Din hija l-mixja tal-merħla lejn tarf l-irdum
Kulħadd jistrieħ fuq dawk ta’ madwaru
U ħadd ma jsaqsi fejn sejrin
Jew jgħolli rasu ’l-fuq u jħares fejn sejrin
Għax inkella nitfixklu f’saqajn xuxlin
U biex isseħħ dik l-ordni u l-għaqda
Li ndottrinawna biha
Jinħtieġ li nibqgħu għaddejjin
Ilkoll fl-istess direzzjoni.

U aħna issa sirna nani għal ħdejhom
Għax issa huma ħatfu u ggranfaw bla xebgħa
F’majjalata tal-ħnieer fir-razzett tal-annimali
U bnew u għollew safejn qablilhom
U telgħu ’i-fuq u bdew iħarsu l-isfel
Lejna.

U issa sirna nemel għal ħdejhom.

Alfred Grech
24/02/2020.

No comments:

Post a Comment