Friday 28 February 2020


Image result for sybil classical mythology


Sibilla.

Xħin bqajt ma ġejtx
Is-sema ddallam f’daqqa
U lanqas ta’ bir-ruħi
Ma stajt nagħmel
U naħsbek qiegħda ħdejja

U ridt intir u nogħla
U sfajt għasfur ġo gaġġa.

Xħin bqajt ma ġejtx
Intlift fis-skiet tad-dwejjaq
Għax lanqas biss stajt nixgħel
Xi jtaffi ftit tad-dieqa

U sibtni bħal għasfur
Li f’daqqa tilef l-għana.

Stajt ngħereq biss
Fl-immensita’ ta’ ħdanek
U nħoss l-inġazz u l-ksieħ
Tax-xitwa riesqa lejja.

Alfred Grech
28/02/2020.

No comments:

Post a Comment