Thursday 27 February 2020


Image result for shrugging shoulders

X’Nagħmel Jien?

U x’nagħmel jien?
Ngħolli spallejja
U ngħid li m’għandix x’naqsam?
U ngħid: Ma rridx nindaħal
Għax jien mhux qed nintlaqat?

U x’nagħmel jien xħin nara
l-uċuħ ta’ bla mistħija
’l-min sabiex jisfrutta
Lil min ġab il-liċenzja
Biex jisraq ’l-ħaddieħor
Ħaddieħor li ma jafx
Jew huwa dgħajjef.


U x’nagħmel jien xħin nara
Lil min qed jiggalleġġja
Bħal xini trijonfanti
Fuq baħar ħmieġ u ħerba
Involka ’l-barka t’Alla?

Alfred Grech
27/02/2020.




No comments:

Post a Comment