Saturday 8 February 2020

Image result for petals in the air

Imqar.

Imqar jekk ħadd ma jrid jismagħha
Din l-għanja li qed ngħanni
Jien xorta nibqa’ ngħanni . . .
Imqar jekk m’hawnx ’l-min nagħtih
Għax ħadd m’hawn f’dawn l-inħawi
Jien xorta nibqa’ naqta’ l-ward
Minn dan ix-xahari.

Imbagħad nislet kull sillaba
Tal-għanja li qed ngħanni
Issir risposta f’waqtha
Għal min hu trux u għami
U nferrex kull petala tal-ward
Li qtajt bit-tama
Li r-riħ tas-skiet u l-ħemda
Li jonfoħ ‘l-fuq mill-qċaċet
Jagħmel id-differenza.

Alfred Grech
08/02/2020.

No comments:

Post a Comment