Thursday 6 February 2020

Image result for mysterious lady

Jien Miegħek Nimxi Ridt.

Jien miegħek nimxi ridt sa fuq ix-xefaq
Fit-toroq imserrpin fejn qatt ma tasal,
Fejn inti tkun sirena fuq l-iskolji
Ixxejjer iżda taf li qatt ma nilħqek
Jew tghanni għana trux li ħadd ma jisma’.

Jien niġi ħdejk fis-seħer ta’ xi ħolma
Fuq kontinent imbiegħed jew mistħajjel,
U inti taf li did-distanza li tifridna
Tkun tarka għalik biex qat ma tiddeċiedi,
Għax taf li l-waqt kien tagħna u issa ħarab.

Alfred Grech
06/02/2020

No comments:

Post a Comment