Friday 7 February 2020

Image result for distant woman

Int Sabiha.

Int sabiħa daqs is-skiet
Il-ġmiel hu l-velu tiegħek
Bħal għadira tirrifletti
Is-sema ta’ bla nikta
Il-qiegħ tal-oċean li jaħbi
l-għana tiegħu
u dlam il-lejl li jostor kull misteru.

Int tista’ tagħmel kollox u tkun kollox
Fil-baħħ u wisa’ mistiku li jifridna
U trid li tibqa’ l-bogħod biex lili tnebbaħ
Bl-għeġubijiet li tista’ tnissel
Bla ma tnissilhom.

Alfred Grech
07/02/2020

No comments:

Post a Comment