Thursday 20 February 2020


Image result for the unmanifested


Saħħa Ma Baqgħalix.

Saħħa ma baqgħalix
Biex naħseb
Wisq inqas biex nikteb.
Hemm riefnu hemm barra
Jiknes kull ma jsib quddiemhu.

Fil-benniena ta’ ħsiebek
Int ma tonqosnix
Hemm dak li ma jidhrix
Ma jissemmiex
Li jgħaqqadna
Li joħloq kollox.

Nitbandal f’ħoġrok
Biex fil-mistħajjel
Inti tibda tieħu s-sura.

Alfred Grech.
19/02/2020.

No comments:

Post a Comment