Friday 21 February 2020


Image result for walking through life


Din Hija L-Mixja.

Din hija l-mixja li rridu nagħmlu
Fin-narrattiva li ma tintemmx
Kien hemm min libes dawn il-ħwejjeġ
U llum jinsab taħt l-ilmijiet tal-oċean.

Din hija l-mixja tagħna
Fit-toroq imserrpin tal-belt
Iffulata bl-uġih ta’ wċuh
Li ma jarawx fejn qed iħarsu.

Din hija l-mixja li twieldet magħna
Fid-dlam tal-illużżjoni
U fil-qawmien ta’ kuljum
Tal-ħolm qadim tad-dellijiet
Li jiġru magħna u jħarsuna
Filwaqt li jaljenawna
Minn dak i qiegħed jiġri
Matul il-lejl mudlam
Tar-ruħ biex lanqas hemm
Ma noħorġu ’l-barra mill-binarji.

U hekk nibqgħu ta’ kulljum
Nibdew il-vjaġġ mill-ġdid
Mingħajr ma nafu fejn se naslu.

Alfred Grech.
21/02/2020

No comments:

Post a Comment