Monday 17 February 2020



Image result for sunset in the sea


Iż-Żmien Kien Li Firidna.

Konna wegħedna lil xulxin li din għal dejjem
li ma kienx hemm ġejjieni ieħor
Waqt li konna nikkuntemplaw
ix-xema ħamrana   tegħreq wara x-xefaq
int bit-tazza tal-imbid li jirrifletti
ix-xemx għajjiena
u sidrek tiela’ u nieżel
man-nifs eżuberanti
u l-qalb tħabbat.

Għadda ż-żmien u int inbdilt
jien inbdilt
iż-żmien kien li biddilna.

Int kont kbejtni u jiena bkejtek
u t-tnejn li aħna għamilna f’qalbna
iżd’għadda ż-żmien u jiena nsejtek
u inti nsejtni
u xejn ma kien li baqa’
għax int titkellem b’ilsien ġdid
u jien ma bqajtx nifhem
u żmien bi żmien
ma kien għad fadal xejn
fuqhiex nitkellmu.

Iss’int il-bogħod u  jiena hawn
iż-żmien kien li firidna.
Imbagħad ġie l-baħħ
ġie l-ġenna tal-allat u
ġiet l-aljenazzjoni.

Mur erġa ġibu dak iż-żmien!

Alfred Grech
17/02/2010

No comments:

Post a Comment