Wednesday 13 December 2017



133.

Kont għadni qatt m’għaddejt minn dawn l-inħawi,
U kelli l-kurżita’ nkun naf x’hemm moħbi.
Illum l’għaddejt minn hawn għal kemm il-darba,
M’għadnix ħerqan li ngħaddi għal darb’oħra.
Kull ħadd ifittex il-farfett li tilef,
Inkella jiġri wara għasfur li tarlu,
Jew bżieżaq jonfoħ li jinfaqgħu f’wiċċu,
Biex jimla’l- baħħ u x-xejn tal-ħofra tiegħu.
Jien niġri bqajt infittex xi qawsalla
Biex nerġa’ nqajjem dik is-sensazzjoni
Li tqanqal tifkiriet li jmorru lura
F’dawk l-isqaqien minn fejn xi darba ħriġna.
Biex nerġa’ nibda’ nifhem: Xejn ma nbidel,
Għax jekk ninbidel jien jinbidel kollox.

Alfred Grech
13/12/2017


No comments:

Post a Comment