Tuesday, 19 December 2017



Webbiltni U Ma Tiġix.


Imqarr jekk jibnu t-torri tal-ivorju
Wiċċek ma jinbidilx, għax nerġa' niġi
f'din l-art li tibqa' tħaddar b'tinġiż ieħor
Biex fiha nerġa’ nħoss dik l-istennija
Jew il-Milied ta' l dak li jrid jitfaċċa.

Hawnhekk indur indur sakemm madwarek
Inkella miegħek stess sirt bla konfini,
Pjaneta fl-oċean tas-solitudni.
Ninħaraq 'kk ma tiġix inkella 'kk tiġi
U jista’ jkun ukoll li hekk jaqbilli
Għax fl-aħħar nista’ nisma’ l-anġli jgħannu
Jew leħen is-skiet. Lanqas jekk is-siġra 
Tintrama' fost id-dwejjaq; jiswa' aktar
Iż-żmien ta' dak li jerġa' jrid għad jiġi..

Alfred Grech
19/12/2017

No comments:

Post a Comment