Saturday 9 December 2017



XLI.

Xħin int erġajt ħarist fill-baħħ t’għajnejja,
Fittixt biex tara dak li kien inbidel,
Imbagħad imsaħt id-dmugħ minn fuq ħaddejja,
U għal darb’oħra bdejt jien bħal ninfixel.

Irmejt bi żball il-barra minn ġot-tieqa
Dak li maż-żmien daħħalt mill-bieb ta’ wara,
Biex issa fadal biss waqtiet mixtieqa;
Dak ta’ kull jum, kull ħaġa bdiet tindara.

Int għidt li kellek tgħid, erġajt tennejtu,
Jien lanqas sibt il-ħin biex nislet isem,
Il-kliem sabiħ li għedtlek issa nsejtu,
Ħassejtni nerġa’ ntir bħal ruħ bla ġisem.

Ma tmiem il-jum għalkemm nistħajjlek ġejja,
Inħoss xi ħaġa nieqsa, u ftit tal-għejja.

Alfred Grech
25/11/2011


No comments:

Post a Comment