Sunday 3 December 2017



Diwi.
M’għadnix inżomm il-pass tar-ritmi tagħkom,
Ir-rima  tiegħi waqgħet f’konfużjoni.
Jiġu waqtiet li rrid f’qoxorti nidħol
Għax hemm insib mistrieħ fl-intuwizzjoni.

Ir-rima ta’ xi ħadd li jibqa’ mdendel
F’waqtiet ta qtugħ in-nifs fl-indifferenza,
Għax naf li ż-żmien mhux jien, iż-żmien qed jgħaġġel
Inkella jiena waqft fl-insuffiċjenza.

Iż-żmien jaqtagħli n-nifs, iż-mien qed jgħaġġel,
Jew jien, għax issa twalet id-distanza.
Jien wesa’ li ġġor magħha l-għana tagħha,
Mingħajr ebda strument, jien reżonanza.

Alfred Grech

03/12/2015

No comments:

Post a Comment