Thursday 7 December 2017





Għalxejn Nipprova Noqrob.

Għalxejn nipprova noqrob
U nifhem sew l-għaliex,
Il-“kif” hu kunċizzjoni
Biex  nasal kif u biex?

Id-dlam taraħ jitqanqal
U jgħatti minnufiħ,
Tnehida li trid toħroġ
Mill-fond ta’ bir  bla qiegħ.

Misteru qed iċarċar
U jġelben mal-ħaddejn
U tqum il-mistoqsija,
Dan kollu, dan għalfejn?

Jien naħsbek, jien noħolqok
Għax fik insib bersall,
Irrid f’xi ħadd inwaħħal
Kull xħin fiċ-ċpar ninħall.

U tikber dik il-ħofra,
Fejn nidfen dan l-uġih
L-uġih li jibla’ kollox
Jisfronda sa mill-qiegħ.

Alrred Grech

07/12/2017

No comments:

Post a Comment