Friday 8 December 2017



Immakulata Kunċizzjoni.

Titwieled mingħajr tebgħa oriġinali
U tgħid li tista’ tifhem dal-misteru;
Bħal meta ninżel għarkubtejja u ngħidlek:
Inħobbok, iżda qiegħeda tissikkani.
Għaliex l-imħabba tfisser li nkun ħieles.
Int tgħid li tifred trid l-uġih tal-ġisem
Mir-ruħ li tħares ’l-hemm minn dak li tara.
Xħin ma jibqgħalix ħajra nfisser xewqti,
Il-waħx tax-xejn u l-baħħ f’sensija jġibni.
Xħin jaqgħu waħda, waħda l-barrikati
Tas-sens komun, ta’ dak li naf, ta’ moħħi,
Mhu se ssib xejn, ma ssib ebda avversarju.
Għax jista’ jkun ukoll li hemm il-ħtieġa
Li nħalli d-dlam ixoqq ir-ruħ biex nifhem
Kif jien m’għadnix inħoss il-ħtieġa tiegħek
Għax naf li qiegħda hemm, qed tistennieni;
Inkella tiġi miegħi kull fejn  nieħdok
Sat-tarf ta’ din it-triq li qatt ma jasal.
B’hekk stajt insib il-qiegħ tas-sabar tiegħek,
iI-qiegħ li jagħjjat ieħor idlam minnu.

Alfred Grech
08/12/2017.



No comments:

Post a Comment