Monday 11 December 2017



XLII.

Jien kavallier li xbajt fuq l-iskakkiera,
Jien kavallier li jħobb ixul fl-imwiegħer,
Jinqata’ minn mal-kotra bla bandiera,
Ħajjti nilgħaba f’tarf xi rdum imxiegħer.

Infittex lili nnifsi f’dit-triq twila,
Sal-lum ma nafx hux aktar qed nitbiegħed,
Inkella jekk wasaltx, il-mixja tqila,
U dawl miniex qed nara, dak l-imwiegħed.

Mixja fit-tul; mid-dlam għad dawl tal-ħajja,
Stagħniet ir-ruħ kull meta sibt nitlaqa’,
Il-libsa tal-qadim, ħallejt warajja,
Inqum, nitfarfar nerġa’ kull xħin naqa’.

U jekk biex nimxi par saqajn biżżejjed,
Jien ġwienaħ ma nambix, ferħan u ġwejjed.

Alfred Grech

28/11/2011.

No comments:

Post a Comment