Tuesday 5 December 2017



XL

Is-sema u l-art u kull ma bih nistagħna,
Iħarsu lejja qisni kont nistenna.
Jekk nieqaf naħseb tieqaf miegħi l-għana
U lanqas li tagħllimt sal-lum ma ntenni.

Nixxiegħa kliem u għana tal-imħabba,
Imbagħad fi tmiem il-jum inħossni fieraħ,
Taħt sema li jikħal bis-sħab imtabba,
U llum ma niskantax bl-għemil tal-bieraħ.

Dak kien iż-żmien, kull żmien aktarx kien ieħor,
Iltqajna t-tnejn ma nafx fejn konna ltqajna,
Dak li fettxejna aktarx kien ta’ ħaddieħor,
U jekk sibnieħ, xi ħadd ħallieħ warajna.

Wasalt sa ħdejk infittex lil ħaddieħor,
Ma nafx minn fejn inqlajt; jien stajt kont ieħor.

Alfred Grech.

20/11/2011.

No comments:

Post a Comment