Sunday 5 November 2017



134.
Alluċinanti dan l-ispazju ta’ bejnietna.
Int m’għadekx hawn u qisek għadek magħna.
Iż-żmien li kellu jkun hu ż-żmien li kellek
terġa’ tiġi, biex nesploraw u nkejjlu
id-dellijiet fil-ħin li jkunu daqsna.
Biex b’hekk, iż-żmien ikollu kejl fl-spazju
u jsir il punt tat-tluq kull xħin titbiegħed
minni. Isir i-żminijiet li tista’
tgħodd u taqsam fi kxaxen zgħar biex tibqa’
iddur fl-għanqbut u għad titfixkel fihom.
Inkella tibda tiżfen din iż-żifna
mad-dell taż-żminijiet u ddur maċ-ċirku
t’arloġġ l-eternita’ li jibqa’ ċirku,
u jibqa’ jtektek xorta waħda mqarr bla ħabel.

Alfred Grech.

05/11/2017

No comments:

Post a Comment