Monday 13 November 2017



Jekk It-Toroq Kollha Jwasslu.
Jekk it-toroq kollha jwasslu
sat-tarf nojjuż tal-abbandun
u x-xejn fl-indifferenza
kif tista’ tinsa t-tmiem?
Jien nerġa’ naqbad rottot ġodda
ghax lura ma nistax immur
u la tlumnix jekk issa lmaħtni
infittex dawk it-toroq
li inti tgħidli, ma jwasslu għal imkien.
Jekk biex l-imgħoddi ninsa
irrid bilfors nitilqek f’nofs it-triq
nistaqsi minn fejn tibda
dil-mixja ġdida?
Int tgħid li għad x’imkien inkun ferħan
jekk naf li hawn jien kont
u din it-triq terraqtha kemm il-darba,
Jien ma rrid xejn
Jien nibqa’ hawnhekk flimkien mal-issa tiegħi.

Alfred Grech

13/11/2017

No comments:

Post a Comment