Saturday 4 November 2017



Is-Saltna tal-Mibgħeda.

Iss’int bqajt lura għax jien beżżajetek,
It-tnejn nitgħabnu konna bħal suldati,
Is-sentinelli f’lejlta’dlam u sahra
Imqar jekk ma konniex ma dawk il-fdati.

Nitperċċu fuq is-swar u l-parapetti,dil-fortizza,
U bqajna ma bżajniex mit-tiri tagħhom,
U bqajna hawnhekk inżommu;
Bħax-xjaten ġew biex iġorruna magħhom.

Għax issa lanqas għandna wisq niddejqu
Li l-ħmieġ u l-ħama waslu sa riġlejna,
Iċ-ċpar ta’xfar għajnejn l-indifferenza,
Biss għada rridu nkomplu fejn ħallejna.

Hawnhekk tirrenja s-saltna tal-mibgħeda,
Tal-jien sfrenat isawwat bla ma jegħeda.

Alfred Grech
04/11/2017



No comments:

Post a Comment