Thursday 2 November 2017




Kemm Konna Trasparenti.

Issa li l-qċaċet tal ħelsien tal-espressjoni
iddewbu fi sbieħ il jum ta’ xemx li tniggeż,
tneħħielhom it-tajjar tas-silġ u tas-satin dekorattiv,
nistgħu aktar nistħajjlu u nifhmu
ż-żonqor ippuntat tas-setgħa nuda.

Issa li l-balwardi tal-ħelsien neżżawhom għarwenin
mix-xintilli trasfiguranti li jgħammxu ’l-għajnejn
nifhmu aħjar għaliex l-imperatur kellhu jkun
kien u għadu mingħajr ħwejjeġ.

Issa nistgħu ninżlu għarkubtejnau naduraw
’l-alla falz ta’ stat li jwiegħed kollox
biex iżommna aljenati f’din il merħla ta’ nagħaġ ġwejjda
biex taħt l-iskuża tat-terrur,
tal-ħasil tal-flus u elf mitt skuż’oħra
għamilna lsira tiegħu.

Issa, issa li ntbaħna lkoll kemm konna aħjar
intbaħna wkoll kemm konna trasparenti.

Alfred Grech
02/11/2017

No comments:

Post a Comment