Wednesday 1 November 2017



Qed Ngħixu s-Skiet.

Qed ngħixu s-skiet tal-wied imdawwar b’xefaq,
Ta’ ħondoq b’għati sħab mid-dawl imdellel,
Imdawwar dawra mejt gwarniċ il-ħajja,
Li jwaqqaf il-bogħod minnu l-għors tal-qtajja.

Ix-xefaq dawra mejt iżid jistieden
Il-ftuħ tal-kuriduri u tal-fruntieri,
Lil hinn minn dan is-skiet tal-oċeani,
U hemm ukoll fil-baħar għana msikket,
Li tul dawn il-miljuni ta’ snin wasal
Fuq wiċċ il-blat imxier bil-kliem tiegħu.
U hemm se jibqa’ żmien bi żmien itambar
Fis-skiet taż-żmien, għal dejjem sa minn dejjem.

Alfred Grech
31/01/2012


No comments:

Post a Comment