Saturday 11 November 2017



XXXI.
Li ma kontx int, ma nafx min kien għalija,
Tiżboq kull ħolm ta’ surtek l-isbaħ binja,
Li ma kontx int ma nafx min kien jimliha
Ħofret min jien u ż-żmien l’għamilt fid-dinja.

Stajt kont ħaġ’oħra f’ħajja wisq qasira,
Flok dik il-warda li damet ftit biex tiftaħ,
F’dawk il- waqtiet, Narċisu ħdejn l-għadira
Lanqas kien jaf, ma kienx aħjar min iblaħ.

Iżda ma kontx f’miżien li spiċċa mmejjel,
Lanqas tinħeba lmaħtek għax mistħija,
Dak li ma kontx jien qatt ma stajt inkejjel,
Wara l-istar, sultana tas-sbuħija.

Jekk inti kont, nurik kemm jisgħobija,
Ma jimpurtax jekk tibqa’ ftit moħbija.

Alfrede Grech

08/11/2011.

No comments:

Post a Comment