Thursday 9 November 2017



Ma kontx żbaljat.

Ma kontx żbaljat xħin kont qed ħdejk
U ħsibt li ser tnessini
Id-dieqa tal-waqtiet u tal-burdati.

Illum inħares lejk u dritt nintebaħ
li mhux lilek ridt biex inessini
ix-xejn tal-eżistenza.

Issa li qegħed’ hawn tkun merħba bik;
Iżda jien nibqa nixtarr
Jekk kien il-waqt li nebbaħ in-nebħ ħieles,
Inkella n-nebħ li welled il waqt
Li ma kienx f’waqtu.

Alfred Grech.

09/11/2017

No comments:

Post a Comment