Tuesday 14 November 2017





Ħallihom.

Ħallihom l-ispazji,
L-ispazji tas-skiet
U nerġgħu noħorġu
l-idejn minn ġol-bwiet.

Ħalluhom l-ispazji,
Jingħalqu l-għajnejn,
Hemm biss il-misteri
Li jaħfnu l-idejn.

Jekk jien qed infittex
Sal-lum ma sibt xejn,
Jekk tafu mnejn tgħaddi,
Għiduli minn fejn?

U ħadd ma fetħilna,
U ħabbatna bibien,
Intlifna xħin ħriġna
Mid-dlam tas-sqaqien.

Intlifna fil-beraħ
Fil-baħħ ta’ tas-skiet,
Missejna l-misteri
Mingħajr tifsiriet.

Alfred Grech
14/11/2017


No comments:

Post a Comment