Sunday 12 November 2017



Għana.

Bħalma x-xħieħ joqgħod jgħodd il-muniti
Biex iqegħedhom munzell fuq xulxin,
Jibni torri bil fided li jagħmmex:
Naf li bħalu hawn ħafna kburin.

Kull f’lgħaxija jien ngħodd waħda, waħda,
Nara jekk hux tassew sirt sinjur,
Iżda tiegħu m’humiex il-muniti
‘Ma l-għanjiet qalb il-ħdura u l-fjur.

Jekk fhimt din ħabib tiegħi fhimt kollox,
Titlef qatt il-kredibilita’.
Ħloqna ħrafa biex bqajna nġedduha
U stgħanejna qalb ħafna umilta’.

Alfred Grech.

12/11/2017

No comments:

Post a Comment