Monday 29 July 2019


Related image


Biex Nisfidaw Lill-Allat t-Olimpu.

Il-ħsejjes ma jaqtgħux tal-makni mxajtna
li tellfulna l-ħemda u s-skiet tar-ruħ
ġew fuqna bħal barbari feroċi, għasafar tal-ħtif
li serqulna s-serħan tal-ispirtu.
Ġew u ħarbtu kollox għax hekk biss jafu jagħmlu.
u aħna l-ilsiera tas-sidien fewdali ’l-ġodda
Jilgħabu bl-godod tagħhom. il ġugarelli tal-adulti.
Il-ħsieb ta’ moħħna li dari
kien jistenbaħ ma tlugħ ix-xemx filgħodu tfixkel.

Iżda mqar fis-siegħa tad-dmugħ u tal-ħerba
ir-ruħ issib ix-xquq fil-fessuri tal-ħabs tagħħa
biex titniegħed u tieħu n-nifs.
Inqbadna f’dil-belliegħa ta’ min jistenna l-mewt
biex tiġi tieħdu.
Tlifna wkoll l-irfis fuq kordi ħielsa
u ħallejna l-binarji tar-ritmi melodjużi
u bqajna hawnhekk fuq din it-roqgħa art
dix-xtajta desolanti
bex nisfidaw lill-allat ta’olimpu.

Alfred Grech
30.07/2019

No comments:

Post a Comment